Pitches

SportMalta identifikat 18-il post fi 15-il lokalita madwar Malta u Għawdex.  Il-Gvern se jimbarka fi programm ta’ sentejn li matulhom dawn l-open spaces u pitches se jsiru mill-ġdid b’ investiment ta’ €600,000.

Strateġija Nazzjonali tal-Isport

Flimkien mal-Maltese Olympic Committee ser tkun qed tiġi mfassla strateġija nazzjonali għall-isport għall-għaxar snin li ġejjin. Nemmnu bis-sħiħ illi r-riżultati li l-atleti tagħna ġabu f’dawn l-aħħar snin jistgħu u għandhom jitjiebu u għalhekk din l-istrateġija mhux ser tkun immirata biss lejn it-tkattir ta’ parteċipanti fl-isport iżda l-kisba ta’ rebħ u medalji f’kull dixxiplina sportiva possibbli fil-manifestazzjonijiet sportivi internazzjonali l-kbar.