Tisħiħ tas-sigurtà tal-pajjiż

Għas-sena 2019, permezz ta’ bini ta’ Command and Control Room ġdida, il-Korp se jkun attrezzat bl-aħħar teknoloġija fl-immaniġjar tal-operat tiegħu.  Il-proġett għandu jwassal għal aktar sigurta’ fil-pajjiż u rispons aktar immedjat mill-pulizija meta dawn jiġu hekk mitluba.

Barra minn hekk, għadu kif twaqqaf il-Joint Innovation Centre (JIC) sabiex jiġi żviluppat l-kunċett ta’ Safe City għal bżonnijiet tà Malta. B’Safe City nifhmu l-użu tà teknoloġiji avvanzanti fl-qasam tat-telekomunikazzjoni, sorvelljanza viżiva, u l-informatika bil-għan li tissaħħaħ s-sigurta’ fejn ikun jinħtieġ. Fl-aħħar xhur kienet għaddejja ħidma biex ġie nstallat l-apparat neċessarju f’data centre għal użu fuq bażi sperimentali u fejn l-apparat ta’ sorveljanza viżiva qiegħed jintuża biss f’ambjent mhux pubbliku u f’rispett sħiħ tal-liġijiet tal-privacy billi jiġu wżati best practices internazzjonali. Matul is-sena d-dieħla, wara konsultazzjoni, din it-teknoloġiija se tibda tiġi implimentata f’lokalijiet bħal Paceville, fejn hemm bżonn li tissaħħaħ is-sigurta u tiġi kkontrallata mġieba anti-soċjali fil-pubbliku, f’qafas legali u fejn jiġu mħarsa d-drittijiet umani. Inħawi oħra li qed jiġu kkunsidrati jinkludu il-Marsa.

Kunsilli Lokali

Qed jinħoloq fond għall-kunsilli lokali li bbenefikaw minn proġett infrastrutturali maġġuri fil-lokalità tagħhom, imwettaq mill-Gvern Ċentrali. Dan il-fond huwa maħsub biex jassisti lill-kunsill lokali rispettiv biex iwettaq iż-żamma u l-manutenzjoni meħtieġa tal-proġett imsemmi.

Ser nintroduċu skema ġdida ta’ fondi li tħeġġeġ lill-Kunsilli Lokali biex jipproponu inizjattivi li jindirizzaw il-kwistjonijiet tal-benessri jew stil ta’ ħajja sana għaċ-ċittadin. Fl-istess ħin ser nagħtu aktar għajnuna finanzjarja lir-Reġjuni biex ikollhom rwol aktar attiv.