Ex-gratia payment

Tul is-sena d-dieħla, se jkun qed jingħata l-aħħar pagament ex-gratia għal min kien irreġistra l-vettura ġdida tiegħu fl-2008, liema miżura tiswa 4.9 miljun ewro. Dan ifisser, li l-wegħda li konna għamilna ħames snin ilu, issa twettqet kollha. Tul dawn il-ħames snin, roddejna lura fi ħlas ta’ VAT fuq ir-reġistrazzjoni ta’ vetturi ġodda, liema VAT ma kienx dovut lill-Gvern. L-ammont ta’ flus li ħallasna lura jlaħħaq il-€25 miljun.

Inkomplu nindirizzaw l-inġustizzji tal-imgħoddi

Għat-tielet sena konsekuttiva se nallokaw €11 miljun ewro f’ fondibiex jiġu indirizzati dawn l-inġustizzji tal-imgħoddi li jolqtu aktar minn 6,000 benefiċjarju jew l-eredi tagħhom.

Tul is-sena d-dieħla wkoll se jiġi fi tmiemu l-proċess biex jitħallsu l-arretrati tal-pensjonijiet lill-eksħaddiema tal-Malta Electricity Board u l-eredi tagħhom.