Aktar għajnuna finanzjarja għal pazjenti li jridu jivvjaġġaw bejn iż-żewġ Gżejjer

Mill-1 ta’ Jannar li ġej, , l-għajnuna li kienet tingħata sa issa taħt l-iskema “travel reimbursement for patients undergoing treatment cancer at Mater Dei”, ser tiġi riveduta billi kull pazjent li jieħu trattament jew intervent ghal kanċer kemm fl-isptar Malta kif ukoll fl-isptar Għawdex, li jkollu jagħmel il-vjaġġ bejn iż-żewġ Gżejjer, għal rifużżjoni tal-biljett tal-vapur, filwaqt li l-pazjent u adult li jkun qed jakkumpanjah, igawdu minn allowance addizzjonali biex itaffi l-piz tal-akkomodazzjoni f’Malta jew f’Għawdex skont il-każ

Aktar għajnuna finanzjarja għal-impjegati Għawdxin li jaħdmu mal-Gvern u jridu jivvjaġġaw bejn iż-żewġ Gżejjer

Kull ħaddiem Għawdxi li juża trasport kollettiv u jaħdem mal-Gvern, ser jingħata kumpens ta’ €1.50 għal kull jum li juża dan it-trasport kollettiv. Mal-elf ħaddiem mistennija jgawdu minn din il-miżura

Aktar għajnuna għal-studenti Għawdxin li jistudjaw u jgħixu Malta

Filwaqt li se jibqgħu għaddejjin id-diskussjonijiet bejn il-Ministeru ta’ Għawdex u entitajiet ekklekjastiċi biex dawn joffru numru ta’ postijiet ta’ alloġġi għal studenti Għawdxin b’kirjiet raġonevoli, il-Gvern, mis-sena d-dieħla sejjer jestendi is-sussidju li jingħata lil-persuna taħt l-iskema ta’ akkomodazzjoni mħaddma mill-Awtorita’ tad-Djar, tkun estiża għal-istudenti Għawdxin ukoll b’ċertu kundizzzjonijiet li japplikaw partikolari għal kundizzjoni tagħhom

Estenzjoni tal-Gozitan Works Subsidy

Mill-1 ta’ Jannar 2019 ukoll, il-ħaddiema kollha Għawdxin li jaħdmu Malta, ser jibdew ikunu intitolati għal “Gozitan Works Subsidy”. Dan iffiser li għall-ewwel darba, qed titneħħa d-distinzjoni u anomalija li eżistiet sa issa li huma biss il-ħaddiema li jaħdmu mal-Gvern, jingħataw din l-għajnuna li tikkonsisti fir-rifuzzjoni tal-biljett tal-vapur.  Madwar tlett elef persuna li jaħdmu mall-privat ser tgawdi minn din il-miżura.

Inċentiv għal-ħolqien ta’ mpjiegi f’Għawdex

Il-miżura li introduċejna din is-sena, fejn qed jingħata inċentiv finanzjarju meta jiġi maħluq impjieg ġdid mas-settur privat f’Għawdex, billi għal kull impjegat li jiġi offrut kuntratt ta’ tliet snin jew iżjed, tingħata rifużjoni ta’ 30% tal-paga medja ta’ impjegat sa massimu ta’ €6,000, se tkun estiża għas-sena d-dieħla wkoll.