Se jitkompla x-xogħol fuq il-bini tar-Reverse Osmosis f’Ħondoq

Bħas-snin preċedenti se jkomplu l-investimenti li qed isiru biex itejjeb ir-Reverse Osmosis f’Malta, filwaqt li se jkompli x-xogħol fuq il-bini tar-Reverse Osmosis f’Ħondoq ir-Rummien.

Sejjer jitkompla x-xogħol għad-distribuzzjoni aħjar tal-ilma, kif ukoll titjieb il-kwalita’ tal-ilma permezz ta’ bini ta’ mina li qed issir bejn ir-Reverse Osmosis f’Pembroke għall-ġibjuni f’Ta’ Qali.

Distribuzzjoni tal-elettriku aħjar

L-Enemalta se tkompli ssaħħaħ id-distribuzzjoni tal-elettriku bl-estensjoni u x-xogħol f’diversi ċentri ta’ distribuzzjoni fosthom dak f’Paceville, f’Marsaskala u fil-Kappara biex tintlaħaq aħjar id-domanda tal-elettriku f’dawk il-lokalitajiet. Se jinbidlu transformers fiċ-ċentru tad-distribuzzjoni f’Ħal Tarxien.  Fl-istess ħin se jkompli wkoll ix-xogħol tal-awtomatizzazzjoni ta’ numru ieħor ta’ substations.

Energy Audits

L-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma se tkompli tagħti energy audits lil dawk il-familji u l-intrapriżi filwaqt li tkompli l-assistenza lil individwi vulnerabbli fit-tnaqqis tal-konsum tagħhom billi jinbidlulhom l-appliances il-qodma tagħhom f’dawk ġodda.

Enerġija Nadifa

Barra minn hekk, sejrin inkomplu naħdmu ħalli nipprovdu iktar enerġija nadifa billi nippromwovu l-użu tal-enerġija rinovabbli filwaqt li ngħinu lill-familji u l-intrapriżi jagħrfu jnaqqsu l-konsum tagħhom.