Introduzzjoni ta’ Skema fuq ġbir ta’ kontenituri tax-xorb

Wara li aktar kmieni din is-sena ppubblikajna dokument ta’ konsultazzjoni sabiex is-settur privat jibda jopera skema ta’ sistema ta’ depożitu fuq kontenituri tax-xorb, kien hemm rispons ferm pożittiv. Tul is-sena d-dieħla, sejrin jibdew diskussjonijiet sabiex jintlaħaq ftehim ma’ konsortju magħmul mill-operaturi u importaturi biex jiġi maqbul kif sistema bħal din tiġi implimentata.

Trattament tal-Iskart

Nippreparaw għal bini ta’  Material Recovery Facility ġdida li se tieħu post dik li nħarqet.  Dan filwaqt li nipprovdu għal infrastruttura temporanja biex nillimitaw l-ammont ta’ skart riċiklabbli li jkollna nesportaw.  Biex tikkumplimenta din il-faċilita se nibdew il-proċess biex ikollna Multi-Material Recovery Facility li se tgħin fir-riċiklaġġ ta’ diversi materjali li altrimenti jispiċċaw fil-miżbla.  Se nkomplu bil-proċess ta’ disinn għall-facilitaˋ ta’ Waste-to-Energy li se tkun ħolqa importanti fil-katina ta’ faċilitajiet għall-immaniġġjar ta’ l-iskart.