Żieda fl-allowance għat-Tfal b’Diżabilitaˋ

Għal dawk il-ġenituri ta’ tfal li jsofru minn xi forma ta’ diżabilitaˋ fiżika jew mentali se ngħollu mill-ġdid l-allowance li jitħallsu fil-ġimgħa.  Fl-2014, din l-allowance konna diġaˋ żidnieha minn €16.31 għal €20 fil-ġimgħa.

Mis-sena d-dieħla r-rata ta’ din l-allowance  se terġa’ tiżdied b’€5 oħra għal €25 fil-ġimgħa.  Madwar 1,400 tifel u tifla b’diżabilitaˋ u l-familji tagħhom se jibbenefikaw minn din iż-żied

Aktar għajnuna lil Persuni b’Diżabilitaˋ

Matul l-2019 se nkomplu ndaħħlu miżuri oħra biex inkomplu nintegraw fis-soċjetaˋ lil dawn il-persuni. Sejrin inwettqu fażi oħra tar-riforma fl-Assistenza għal Diżabilitaˋ, mibdija s-sena l-oħra u li kienet tinkludi l-introduzzjoni tal-Assistenza Miżjuda għal Diżabilitaˋ Severa għall-persuni li assolutament ma jistgħux jaħdmu, u li dawn eventwalment jieħdu l-ekwivalenti tal-paga minima.

Għaldaqstant, minn Jannar li ġej, il-pagament fil-ġimgħa ta’ din l-għajnuna se jiżdied minn €140 għal €150 fil-ġimgħa.

Minbarra hekk l-iskema se tiġi estiża għal 600 persuna oħra, se jkunu qed jingħataw id-dinjità li veru jixirqilhom u tittaffa parti mit-toqol tal-ħajja ta’ dawn ħutna.

Dan billi barra l-indiċi ta’ Barthel li japplika għal persuni bi problemi ta’ mobilitaˋ, se tintuża wkoll dik li hi magħrufa bħala Tabelli għal Valutazzjoni ta’ Indeboliment.