L-istorja ta’ Abigail u Jurgen

Jgħidu li wieħed mill-aktar passi importanti li wieħed jagħmel f’ħajtu hu ż-żwieġ. Per eżempju, it-tieni l-akbar pass hu li wieħed isib post fejn jgħix. Tliet snin ilu, meta poġġejna biex nimlew il-karti biex nixtru d-dar tagħna, ħassejna li kien mument importanti.

Kienet triq twila biex konna wasalna s’hemm. Kemm jien u anke Jurgen, l-għarus tiegħi, konna qattajna snin nistudjaw u nistinkaw biex inkunu nistgħu nagħmlu dan il-pass. Xtrajna l-propjeta tagħna ġebel u saqaf, u kien għad fadlilna ħafna biex nittrasformawha f’post abittabli, u li nistgħu nsejħulha d-dar tagħna. Meta tixtri propjeta ġebel u saqaf, isir qisu part time job – trid tiġri wara n-nies, issegwi fix-xogħol u żżomm mal-baġits li jkollok. Mhux xi ħaġa faċli.

Kien hemm affarijiet li għenu biex taffew il-piż minn fuqna: skemi bħal dik tal-first time-buyers, roof thermal insulation and double glazing scheme u l-grants biex jgħinu lis-sidien jibnu l-ewwel dar tagħhom. Aħna t-tnejn naħdmu fis-settur tas-servizzi finanzjarji u allura t-tnejn nafu kif nibbaġitjaw u nagħmlu l-kalkoli tagħna. Jurgen jilgħab il-futbol ukoll ma’ tim tal-ewwel diviżjoni lokali u allura ngawdu minn skemi vantaġġjużi ta’ taxxa.

Jiena ġejja minn familja ta’ nies bieżla u li tagħti importanza lill-edukazzjoni. Missieri kellu mini-market fir-raħal li konna ngħixu fih u kien jaħdem lejl u nhar. Jien u ż-żewġ ħuti naħdmu fis-settur bankarju u tas-servizzi finanzjarji – industrija li ilha tinbena u tiżviluppa għal dawn l-aħħar għoxrin sena u li toffrielna livell ta’ għajxien denju lilna u lill-eluf ta’ Maltin u Għawdxin.

Biż-żewġ ħuti u l-għarus tiegħi kollha jaħdmu fis-settur tas-servizzi finanzjarji, ma tantx segwejna il-prinċipju ta’ portafoll diversifikat imma kollha kuntenti li għażilna din il-karriera għax toffrielna opportunitajiet u issa s-settur qed ikun aktar innovattiv.

Il-familja importanti ħafna għalina. Aħna nikkunsidraw lilna nfusna familja middle-class. Għandna qattus żgħir jismu Zach. Familja tradizzjonali Maltija fejn il-ġenerazzjoni li jmiss studjat, ġabet iċ-ċertifikati u issa għandha xogħol tajjeb u li taqla paga diċenti għaliha innifsha.

Dak hu li tħoss il-ġenerazzjoni tiegħi, kważi sens ta’ dmir. Hemm opportunitajiet quddiemna li l-ġenituri tagħna ma kellhomx. Ma kellhomx iċ-ċansijiet li kellna aħna li jedukaw lilhom infushom, li jivjaġġaw, li jgħixu komdi u li jkollhom l-opportunitajiet ta’ impjiegi li għandna illum.

Qatt ma kellhom dawn l-opportunitajiet u din xi ħaġa li l-ġenituri tiegħi ifakkruni spiss.

Nafuh lilhom li nagħmlu l-għalmu tagħna biex nużaw dawn l-opportunitajiet bl-aħjar mod